Thursday, March 13, 2025

Jammetti li kellu pornografija li fiha jidhru tfal taħt id-9 snin

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 27 sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti ammetta quddiem il-Maġistrat Monica Vella li kellu materjal pornografiku li fih jidhru tfal taħt id-9 snin.

Id-difiża talbu li jsir rapport dwar iż-żagħżugħ mill-ħaddiema soċjali qabel ma jingħata s-sentenza liema talba ġiet milqugħa mill-Maġistrat Vella.

Wara li saret talba għall-ħelsien mill-arrest, il-Qorti aċċettat it-talba fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li jħalli depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €3,000.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Carl Pace u Wayne Buhagiar. filwaqt li għaż-żagħżugħ qed jidhru għalih l-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Adreana Zammit.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport