Thursday, December 26, 2024

Jgħoddha b’waħda li ma baqax mejjet f’inċident tat-traffiku

… jappella għal iżjed kawtela fis-sewqan

Aqra wkoll

“Kieku mhux minħabba s-sigurtà ta’ karozza robusta kien joqtolna,” saħaq l-Ekonomista Clint Azzopardi Flores, f’kitba li qasam fuq il-profil ta’ Facebook fejn irrakkonta esperjenza kerha li għadda minnha ftit tax-xhur ilu.

Huwa qal li dakinar (fit-13 ta’ Jannar 2023) kien nieżel in-niżla tal-Addolorata u f’dak il-waqt kien qed jibdel il-lane b’ċerta kawtela meta f’ħin bla waqt “Ġiet karozza minn wara b’120km/130km fis-siegħa … tatni daqqa u tefgħetna ħafna metri ‘l isfel bid-daqqa. Kieku mhux minħabba s-sigurtà ta’ karozza robusta kien joqtolna, tant li ressaq il-karozza tiegħu u ġie jistaqsina qatilniex”.

Flores kompla jgħid li l-karozza li kien qed isuq dakinhar u li qed tidher fir-ritratt annessa ma’ dan l-artiklu, hija l-istess karozza li saq għal seba’ snin sħaħ il-Belġju; karozza li “qatt ma kellha girfa għax konna nirrispettaw il-veloċità tat-toroq u r-regoli”. Għalhekk, l-appell ta’ Flores huwa li s-sewwieqa kollha josservaw ir-regoli tas-sewqan f’kull ħin u kull mument.

Ekonomija

Sport