Friday, June 12, 2026

Jibdew jiġu eletti l-ewwel kandidati fl-elezzjonijiet każwali

Aqra wkoll

It-tmien distrett tiġi eletta Ramona Attard. Fuq is-seba’ distrett tiġi eletta Naomi Cachia.

Rebecca Buttigieg tiġi eletta fl-elezzjoni każwali li saret fuq id-disa’ distrett wara li ċedew posthom il-Ministri Michael Falzon u Clifton Grima. Wara fuq l-istess distrett minflok ił-Ministru Clifton Grima ġie elett Clint Azzopardi Flores.

Jiġi eletti wkoll Mariah Meli u Alex Muscat u minn fuq it-12-il distrett jiġi elett Franco Mercieca.

Ġie elett ukoll Andy Ellul li serva bħala Segretarju Parlamenti fl-aħħar leġiżlatura.

Aktar kmieni: Dalgħodu se jsiru l-elezzjonijiet każwali tal-Partit Laburista fuq seba’ distretti

Dalgħodu, fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar se ssir l-elezzjoni każwali għat-tmin siġġijiet li ġew vakanti minn dawk li ġew eletti fuq żewġ distretti.

Dan l-għadd se jsir fuq seba’ distretti wara li l-Prim Ministru Robert Abela ċeda t-Tieni Distrett, id-Deputat Prim Ministru Ian Borg ċeda s-Seba’ Distrett, Chris Fearne t-Tielet Distrett, Clyde Caruana t-Tmin Distrett, Michael Falzon u Clifton Grima ċedew id-Disa’ Distrett, Miriam Dalli l-Ħdax-il Distrett u Jonathan Attard ċeda t-Tnax-il Distrett.

Dawn huma dawk li tefgħu n-nomina għal din l-elezzjoni każwali:

It-Tieni Distrett: Clint Azzopardi Flores, Jesmond Bonello, Georvin Bugeja, Martina Paula Buhagiar, James Grech, Jorge Grech, Shana Woods u Rodrick Zerafa tefgħu n-nomina tagħhom hawnhekk.

It-Tielet Distrett: Raymond Abela, Martina Paula Buhagiar, Andy Ellul, James Grech u Eric Plumpton.

Is-Seba’ Distrett: Naomi Cachia u Samantha Pace Gasan.

It-Tmin Distrett: Vania Agius Tabone, Ramona Attard, Jesmond Bonello, Yana Borg Debono Grech, Rosette Cassar, Cressida Galea u Alex Muscat.

Id-Disa’ Distrett: Vania Agius Tabone, Clint Azzopardi Flores, Miguel Balzan, Tania Borg, Lorna Borg Vassallo, Rebecca Buttigieg, David Caruana, Lisa Cassar Shaw u Mariah Meli.

Il-Ħdax-il Distrett: Alex Muscat, Francesca Zarb u Romilda Zarb.

It-Tnax-il Distrett: Franco Mercieca, Deborah Schembri, Carlos Zarb u Romilda Zarb.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport