Thursday, March 28, 2024

Jindarab gravi wara li nqalbu bil-vettura f’Għawdex

Aqra wkoll

Żagħżugħ kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta ta’ nofsillejl kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel li għandu 33 sena tilef il-kontroll tal-vettura Toyota Ist li kien qiegħed isuq u nqaleb. Fil-karozza kien hemm ukoll żewġ passiġġieri, żagħżugħ ta’ 25 sena minn Nadur u ieħor ta’ 27 sena mix-Xagħra.

Filwaqt li s-sewwieq u ż-żagħżugħ ta’ 25 sena ma sofrewx ġrieħi, dak ta’ 27 sena kellu bżonn lassistenza minn tim mediku. Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport