Wednesday, December 25, 2024

Jindarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’residenza f’Pembroke

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:30 a.m kien involut f’inċident f’residenza fi Triq Fra Ġużeppe, f’Pembroke.

Minn inevestigazzjonijiet illi paru rriżulta li raġel ta’ 58 sena residenti Pembroke kien waqa’ madera sular waqt li kien qiegħed fuq sellum.

Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.

L-investigazzjonijiet tal-Pulzija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport