Saturday, May 4, 2024

Jinżamm arrestat mixli b’importazzjoni ta’ 400 gramma ta’ kannabis

Aqra wkoll

Mohamed Salim Saaou El Kaddouri b’ċittadinanzi Spanjola u li għandu 37 sena inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal akkużi b’rabta ma’ importazzjoni ta’ droga.

Dalgħodu fil-Qorti ntqal kif fil-5 ta’ Jannar, uffiċjali mid-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta infurmaw lill-Pulizija b’raġel li kien qed jaġixxi b’mod suspettuż fl-ajruport.

Wara tfittxija mill-Pulizija, allegatament instabu 4 kontenituri b’100 gramma kannabis f’kull waħda.

Id-difiża m’għamlitx talba għall-ħelsien mill-arrest, minħabba li l-imputat jgħix f’Barċellona u m’għandux indirizz fiss f’pajjiżna.

Sport