L-20 edizzjoni tal-Mixja b’risq Puttinu Cares se ssir fil-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka (17 ta’ April) u l-Ġimgħa l-Kbira (18 ta’ April).
Din is-sena, il-parteċipanti se jitilqu mill-Pjazza tas-Santwarju fil-Mellieħa f’nofsillejl, jerħulha lejn ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Pjazza tal-Mosta. Ħdejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal-Lija, Wied ta’ Birkirkara, Wied ta’ l-Imsida, max-xatt ta’ Tal-Pietà u ssir il-waqfa fil-Furjana fuq il-Fosos.
Id-distanza hija ta’ madwar 17-il kilometru, u mistennija tieħu bejn wieħed u ieħor madwar ħames sighat.
Id-donazzjoni hija dik ta’ €10 u biex wieħed jattendi jrid jibbukja: https://puttinucares.org/media/mixja-gimgha-l-kbira/