Minn taħt l-ilsien… John Agius iwieġeb “Mhux Ħati”

Aqra wkoll

John Agius ta’ 74 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Gianella Caruana Busutti, mixli b’diversi akkużi b’rabta mal-każ li seħħ nhar il-Ġimgħa f’San Ġiljan fejn allegatament l-imputat spara lejn il-pulizija.

Hekk kif bdiet il-preżentata fejn tressaq b’arrest John Agius ta’ 74 sena, l-Ispettur spjega li nhar il-Ġimgħa sar ħruq doluż u għalhekk kien hemm bżonn l-assistenza tal-Pulizija u s-CPD fejn flimkien mal-RIU marru fil-post ma’ xi ħaddiema li kienu qed jaħdmu f’sit ta’ kostruzzjoni fejn ir-residenza 249, Telgħet Birkirkara.

Il-Pulizija kienu informati li n-nar tqabbad allegatament minn John Agius, waqt li xi ħaddiema kienu qed jiksu ħajt li jiġi wara r-residenza ta’ tiegħu. Skont il-ħaddiema, huma ġew mhedda minn Agius qabel ma’ tqabbad in-nar f’bitħa li hija ta’ Agius stess u li tiġi eżatt mal-ħajt fejn kienu qed jaħdmu waqt li kienu sospiżi ‘l fuq madwar żewġ sulari.

Kien hemm ukoll George Agius (ħu l-akkużat) li joqgħod biss ftit bibien ‘l bogħod, fejn mar iġib tank petrol mill-pompa li tinstab viċin fejn seħħ ir-reat.

Il-ħaddiema informaw lill-Pulizija li George Agius kien għadu fir-residenza tiegħu, u bdew jinvestigaw jekk John Agius kienx qiegħed fil-binja. Is-CPD kellhom bżonn jidħlu fil-binja  biex jikkontrollaw in-nirien, iżda ma setgħux minħabba li kienu mbeżżgħin għas-sigurtà tagħhom.

George Agius wasal bil-mutur fil-post u ġie arrestat b’rabta ma’ kompliċita dwar il-ħruq, mill-Pulizija Omar Shariff. Hu anke ingħata ittra bil-miktub u moqrija tad-drittijiet kollha tiegħu, huwa ġie eskortat lejn l-eqreb għassa tal-Pulizija u cioe dik ta’ San Ġiljan. Fir-residenza tiegħu ma nstab xejn irregolari.

Saru numru ta’ tentattivi sabiex John Agius joħroġ mir-residenza anke minħabba li kien hemm in-nar, fejn ma sar l-ebda tentattiv ta’ kommunikazzjoni minn Agius mal-Pulizija.

Il-Pulizija lemħu lil John Agius fir-residenza minn bieb li kien marbut biss b’fidiferru, u bdew javżawh li għandu bżonn joħroġ minħabba n-nar u anke biex jiġi arrestat. Fejn kien spjegat li n-nar beda jintefa waħdu.

Il-Pulizija tal-RIU, ipprovaw jidħlu mill-bieb prinċipali iżda kien ri-infurzat permezz ta’ stanga u ma setax jinfetaħ iżda kien hemm entratura oħra u cioe, il-bieb imsakkar b’fidiferru.

PC 669 flimkien ma’ PC1456 daħlu mill-bieb u kienu armati, minħabba li John Agius kellu 6 armi reġistrati, 4 shotguns u 2 revolvers.

Appena daħlu l-Pulizija li magħhom kien hemm Omar Shariff, ġie sparat tir mil-bejt ta’ residenza minn John Agius, minn sular għoli, b’konsegwenza li l-uffiċjal Shariff intlaqat miċ-ċomb tat-tir ta’ senter f’għonqu u kuxxtej fuq in-naħa tal-lemin.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukat Kaylie Bonett f’isem l-Avukat Ġenerali.

Aktar kmieni: Jitressaq il-Qorti John Agius fejn se jiġi mixli bil-każ ta’ San Ġiljan

Ftit tal-minuti ilu għadu kemm iddaħħal fil-bini tal-Qorti John Agius fejn mistenni li jiġi akkużat li weġġa’ serjament uffiċjal tal-pulizija kif ukoll li spara tiri ta’ arma tan-nar fuq uffiċjali oħrajn. 

Il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda għall-ħabta tat-10.30 am. F’dan kollu weġġgħu żewġ uffiċjali tal-pulizija u ġew sparati 12-il tir.

Huwa se jkun qed jidher quddiem il-Maġistrat Giannella Caruana Busuttil.

Fil-każ li seħħ il-Ġimgħa, indarbu l-kuntistabbli Johann Vella u Omar Sharif kif ukoll taż-żewġ ħaddiema li kienu qed jagħmlu xogħol ta’ tikħil.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport