Monday, December 23, 2024

Jitressqu l-Qorti akkużati b’ħasil ta’ flus u evażjoni ta’ taxxa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 42 sena u martu ta’ 33 sena tressqu l-Qorti mixlija li fis-snin li għaddew wettqu reati relatati ma’ ħasil ta’ flus u li iffalsifikaw dokument. Quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana, il-koppja kienu akkużati wkoll li mportaw oġġetti b’marka falza u li għamlu. dikjarazzjonjiet foloz mal-Kummissarju tat-Taxxa.

Fil-Qorti, xehed eks spettur, li qal l-investigazzjoni mill-Pulizija bdiet wara li dawn rċvew rapport mingħand xi ħadd u ġew indikati li l-akkużati, jiġifieri il-koppja, kienu qed joperaw minn ħanut f’reati relatati ma’ ħasil ta’ flus u evażjoni tat-taxxa.

Fil-Qorti ġie spjegat ukoll li waqt li l-investigazzjoni kompliet għaddejja, il-Pulizija sabet diversi oġġetti, fosthom ħwejjeġ u fwejjaħ tad-ditta iżda foloz. Il-Puliziza sabu wkoll li r-raġel inqabad isiefer b’aktar minn €11,000 fi flus kontanti fuq titjira mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lejn it-Turkja, filwaqt li l-mara ma kelliex kont bankarju f’Malta.

IlProsekuzzjoni għamlet talba sabiex tinħareġ ordni ta’ qbid u ffriżar ta’ ‘l fuq minn €1 miljun. Il-Maġistrat Caruana laqa’ t-talba tal-Prosekuzzjoni, bil-każ mistenni jkompli jinstema f’Lulju illi ġej.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Francesco Borg Cardona mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Robert Azzopardi waqt li għall-akkużati dehru l-Avukati Gianella de Marco u Charles Mercieca.

Ekonomija

Sport