Wednesday, December 25, 2024

Jittellgħu mill-irdum tal-Imġiebaħ wara li nqalbu bil-quadbike

Aqra wkoll

Żewġ persuni sofrew xi ġrieħi wara li aktar kmieni dalgħodu sabu ruħhom f’diffikultà wara li nqalbu bi quadbike mill-irdum tal-Imġiebaħ fl-inħawi tal-Mellieħa.

Membri mill-Forzi Armati ta’ Malta kellhom jissejħu fuq il-post minħabba li l-post fejn waqgħu ż-żewġ persuni ma kienx jintlaħaq mill-ambulanza.

L-uffiċjali tas-salvataġġ taw l-ewwel assistenza u tellgħu liż-żewġ persuni fl-inħawi ta’ Selmun fejn sabu jistennewhom tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħhom.

Ekonomija

Sport