Numru dejjem jikber ta’ ċittadini Olandiżi qegħdin jiffavorixxu żieda fl-infiq tad-difiża u infrastruttura militari fil-pajjiż. Dan irriżulta minn stħarriġ li sar. L-istħarriġ, imwettaq minn Hart van Nederland fost 2,081 sab li 62 fil-mija appoġġjaw iż-żieda fl-infiq militari.
Il-bidla fis-sentiment pubbliku jidher li ġiet hekk kif l-instabbilità ġeopolitika intensifikat, skont l-istħarriġ. Il-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna u l-elezzjoni mill-ġdid ta’ Donald Trump bħala President tal-Istati Uniti żiedu l-pressjoni fuq il-pajjiżi Ewropej biex jinvestu aktar fid-difiża tagħhom stess. Xi gvernijiet Ewropej issa qed jikkunsidraw baġits militari ta’ 3 jew saħansitra 4 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross. Il-gvern Olandiż, immexxi mill-Prim Ministru Dick Schoof, għad irid jiddeċiedi dwar aktar żidiet.