Mill-inqas żewġ karozzi spiċċaw ħabtu f’xulxin wara li aktar kmieni llum kien hemm tixrid ta’ żejt fit-triq ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Kelliem għall-pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li minkejja l-inċident b’xorti tajba ħadd ma weġġa’.
Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post biex ineħħu ż-żejt li kien hemm fit-triq u għalhekk jitneħħa l-periklu għal sewwieqa oħrajn.