Kap Nazzjonalista li jikser l-istatut tal-Partit li jmexxi ma jista’ qatt ikun fdat imexxi.
Il-mod sfaċċjat ta’ kif il-Kap Nazzjonalista Alex Borg kiser l-istatut tal-Partit tiegħu stess juri l-mod irresponsabbli li bih imexxi għall-konvenjenza tiegħu.
Saħansitra l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li hija “no brainer” li Alex Borg skond l-istatut kellu jċedi t-13-il distrett.
Min lanqas jirrispetta r-regoli fi ħdan il-Partit tiegħu, aħseb u ara kemm se jżomm kelmtu mal-poplu mill-Oppożizzjoni, wisq inqas mill-Gvern.
Il-maskra ta’ Alex Borg illum waqgħet għal kollox.


