Monday, December 23, 2024

L-ACE tgħid li wasal iż-żmien li jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) laqgħet l-aħbar li fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jibda jneħħi r-restrizzjonijiet. 

Fi stqarrija, L-ACE qalet li ilha tiddiskuti mal-Gvern mill-bidu ta’ Jannar dwar l-impatt li l-ġurnata tas-17 ta’ Jannar kien se jkollha. 

L-Assoċjazzjoni qalet li għal darb’oħra ġie ppruvat li hija kienet korretta fl-evalwazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-operat tal-istabbilimenti tal-catering. Sostniet li tabilħaqq kien hemm impatt negattiv kbir fuq il-biċċa l-kbira tal-istabbilimenti kif irrappurtat fir-riċerka kontinwa li qed tagħmel hija stess.

L-ACE qalet li minħabba li l-immunità tal-massa li ġiet promossa kontinwament mill-Awtorità tas-Saħħa ntlaħqet, m’hemm l-ebda raġuni li nibqgħu nqisu l-Covid-19 bħala pandemija. 

Konsegwentement, l-ACE qalet li issa wasal iż-żmien li jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha u żiedet tgħid li l-pajjiż issa għandu jiffoka biex iġib il-livelli tat-turiżmu lura għan-numri ta’ qabel il-pandemija.

Ekonomija

Sport