Wednesday, December 25, 2024

L-Awtorità tal-Ippjanar tissiġilla l-kjosk tal-Fajtata

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu, id-Direttorat tal-Infurzar u Konformità fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar issiġilla l-kjosk tal-Fajtata f’Marsaskala biex iwaqqaf l-użu illegali tagħha.

Din il-gabbana qed tokkupa u tieħu spazju pubbliku kif ukoll qed tibdel l-użu tal-imsemmi spazju. Dan wara ċ-ċaħda tal-applikazzjoni PA/2580/21 sottomessa lill-Awtorità tal-Ippjanar fejn intalab permess għal post permanenti tal-gabbana.

Din id-deċiżjoni ġiet appellata u għadha qed tistenna deċiżjoni mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT). 

Ekonomija

Sport