Friday, November 15, 2024

L-Awtoritajiet tas-Saħħa f’pożizzjoni li joperaw l-isptarijiet

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Gvern, wara l-istqarrija li ħarġet iktar kmieni llum mill-kumpanija Steward Healthcare Malta li ddeċidew li jabbandunaw l-operat tal- isptarijiet, f’dawn iċ-ċirkostanzi l-Awtoritajiet tas-Saħħa jinsabu f’pożizzjoni li b’mod immedjat joperaw l-isptarijiet inkwistjoni.

B’hekk il-Gvern jerġa’ jserraħ ras l-impjegati li x-xogħol tagħhom huwa garantit. Il-Gvern jagħti wkoll assigurazzjoni li ċ-ċittadini, inkluż lill-pazjenti, se jibqgħu jirċievu servizz tas-saħħa tal-ogħla livell li pajjiżna magħruf għalih.

Il-Gvern jiddikjara li ma jaqbilx bl-aktar mod assolut mar-raġunijiet li ngħataw minn Steward għall-abbandun u wisq anqas mat-talbiet li qed isiru u se jkun qed iwieġeb dwar dan fil-fora adattata fl-aqwa interess nazzjonali.

Ekonomija

Sport