L-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia, f’kitba fuq Malta Indedendent qal li s-sussidji tal-enerġija mhumiex sostenibbli. Minn meta ħa t-tmexxija f’idejh Alex Borg, Delia kien il-Kelliem Ewlieni tal-Oppoizzjoni għall-Finanzi u b’hekk f’każ li l-PN jirbaħ l-elezzjoni tat-30 ta’ Mejju, l-eks Kap jista’ jkun il-Ministru tal-Finanzi.
Delia fil-kitba tiegħu qal li s-sussidju jqajjem bosta mistoqsijiet dwar kemm huma sostenibbli.
Kiteb li ekonomija reżiljenti ma tistax tiddependi minn fuq miżuri ta’ emerġenza bħal dawk li huma s-sussidji fuq l-enerġija li bihom iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin qegħdin jirċievu kontijiet baxxi.
Dak li kiteb Delia hu l-istess kliem li qal l-Kap Nazzjonalista Alex Borg fejn qal li s-sussidji fuq l-enerġija huma “short-term” u aktar tard qal li huma “short-lived”.


