L-eks Sindku tal-Partit Nazzjonalista Ian Micallef ikkontradixxa dak li qal id-Deputat Nazzjonalista Cinrad Borg Manchè dwar Manoel Island.

Micallef qal li b’kuntlarju ta’ dak li qal id-Deputat Nazzjonalista Borg Manchè, r-riżoluzzjoni Parlamentari turi biċ-ċar li Gżira United flimkien ma’ oħrajn se jżommu d-drittijiet tagħhom fuq partijiet ta’ Manoel Island minkejja r-reċissjoni tal-kuntratt.
Din ir-reċissjoni waslet bis-saħħa tal-Prim Ministru Robert Abela u ta’ Gvern Laburista wara l-wegħda li Manoel Island jirritornaha lura lill-poplu.
Micallef permezz ta’ post fuq il-midja soċjali allega li Borg Manchè fil-passat, miegħu kien qal li huwa ried jiżviluppa lil Manoel Island fl-istess ħin li kien qed jiġi diskuss żvilupp fil-grawnd tal-Università ta’ Malta.
Intant, ftit tal-jiem ilu il-Klabb tal-Futbol ta’ Gżira United ħareġ stqarrija fejn fiha sostna d-diżappunt tiegħu għall-fatt li l-PN, b’mod selettiv ma spjegax il-kuntest kollu tal-proġett u opponih. Dan fid-dawl tal-fatt li l-proġett inkwistjoni qatt ma ħa art mill-pubbliku u dejjem żamm mal-obbligu li din l-art tintuża biss għal skop sportiv.
Fl-istqarrija tiegħu, il-Klabb sostna wkoll li huwa diffiċli wieħed jifhem għaliex il-Partit Nazzjonalista qed jopponi proġett sportiv fil-grawnd Nicholl stess, meta fil-konċessjoni li ngħatat lill-MIDI minn amministrazzjoni Nazzjonlista stess, infetħu l-bibien għal żvilupp residenzjali f’Manoel Island inkluż appartamenti.
