Sunday, December 22, 2024

L-FSWS tikkonferma li diġà nstabu placements għaż-żewġt itfal abbandunati

Aqra wkoll

L-FSWS tagħmel riferenza għall-istqarrija tar-Rettur tal-Kulleġġ San Albert dwar “appell lill-Prim Ministru biex żewġt itfal abbandunati jingħataw post sigur qabel il-Milied” 

L-FSWS fi stqarrija maħruġa minna qalet li mhux biss qed issegwi dawn ir-rapporti permezz tal-professjonisti tagħha, imma diġà sabet placements għal dawn it-tfal ma’ entitajiet mhux governattivi li jaħdmu f’dan il-qasam u li magħhom għandha ftehimiet speċifiċi għal placements bħal dawn. It-transizzjoni lejn dawn il-placements ġodda se ssir fil-jiem li ġejjin u r-Rettur tal-Kulleġġ San Albert kien infurmat b’ dan kollu qabel ma ħareġ li stqarrija tiegħu. 

L-istqarrija temmet tgħid li jkun għaqli li sitwazzjonijiet bħal dawn jitħallew għall-investigazzjoni u l-ħidma tal-professjonisti responsabbli meta jsiru rapporti ta’ dan it-tip. 

Ekonomija

Sport