Friday, November 22, 2024

L-Imħallef Giovanni Grixti rrikuża ruħu mill-kawża tal-isptarijiet

Aqra wkoll

L-Imħallef l-Imħallef Giovanni Grixti rrikuża ruħu mill-kawża tal-isptarijiet li fetħu l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech u d-Deputat Parlamentari Adrian Delia kontra l-Avukat tal-Istat.

Issa, li l-Imħallef Grixti rrikuża ruħu, il-kawża trid tkompli tinstema quddiem Imħallef ieħor.

Fid-digriet li ħareġ l-Imħallef Grixtri qal li r-raġuni għaliex wasal għal din id-deċiżjoni hija minħabba s-sieħba tiegħu Dr Yanika Marie Bugeja. Din tal-aħħar kienet inħatret minn Imħallef ieħor bħala Kuratur biex tiffirma l-kuntratt għat-tħassir tal-ftehim tal-isptarijiet.

Il-ħatra ta’ Dr Bugeja saret ħamest ijiem, u dan ifisser ġimgħa wara li nfetħet il-kważa minn Grech u Delia. Il-Qorti kienet ddifferiet il-kawża għal deċiżjoni li kellha tingħata permezz ta’ digriet dalgħodu dwar jekk it-talba tal-Gvern biex jiddaħħal fil-kawża, tintlaqax jew le.

Kien l-Imħallef Francesco Depasquale li permezz ta’ digriet ħatar lil Dr Bugeja biex tiffirma għan-nom ta’ Steward HealthCare.

Sport