Saturday, May 23, 2026

L-indikazzjoni ċara ta’ interess ta’ kunflitt Ewropew mar-Russja

Aqra wkoll

Fattur ieħor li qiegħed ukoll jipponta u jagħti indikazzjoni ċara li diversi pajjiżi qegħdin iħarsu lejn konfront lejn ir-Russja. Dan hu dak ta’ l-alleanzi bejn Stati Ewropej li saru fl-aħħar snin.

Wieħed jista’ jgħid li wieħed mill-ewwel passi seħħ proprju sitt snin ilu bl-iffimar tat-Trattat beja Franza u l-Ġermanja, liema trattat ġie ffirmat f’Aachen fis-sena 2019. Dak il-ftehim li kien qajjem tħassib fost ħafna kien jitkellem fuq kooperazzjoni militari msaħħa bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-mistoqsija dejjem kienet tkun dik ta’ x’kien hemm bżonn trattat simili jekk għandek Unjoni Ewropea ibbażata u mwaqqfa fuq il-paċi u s-solidarjetà.
Dan it-trattat ma kienx uniku għax imbagħad Franza għamlet trattat mal-Polonja. Dan hu magħruf bħala it-Trattat ta’ Nancy. Dan it-trattat jitkellem fuq assistenza reċiproka f’każ ta’ attakk kif ukoll kooperazzjoni nukleari mill-qrib.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport