Ma tim ta’ ħbieb tiegħi snin ilu ħloqna kampanja sħiħa biex Pink October tgħin lil ħafna ma jitraskurawx jew jibżgħu jiċċekkjaw lilhom infushom regolari biex jevitaw milli l-kanċer tas-sider jirbaħ fuq il-ħajja.
Snin wara għaddejna l-kunċett f’idejn Marigold Foundation. Bl-involviment politiku tiegħi ma stajtx inkompli fl-irwoli li kelli iżda nħoss l-obbligu li nibqa’ nqajjem kuxjenza b’rispett lejn dawk l-aktar għeżież li tlifnihom fil-battalja qerrieda tal-kanċer imma fuq kollox b’ċelebrazzjoni mal-mijiet ta’ oħrajn li rebħu fuq il-kanċer u salvaw.