Sunday, November 24, 2024

Leicester City jibdew proċeduri legali kontra l-Premier League

Aqra wkoll

Il-club taċ-Championship, Leicester City, bdew proċeduri legali “urġenti” kontra l-Premier League u l-English Football League (EFL) wara li ġew akkużati li allegatament kisru r-regoli tal-infieq. Huma qalu li kienu “kostretti” jaġixxu wara li nhar il-Ħamis ġew akkużati li kisru r-regoli tal-Profitt u s-Sostenibbiltà (PSR). Jekk jinstabu ħatja, il-Foxes jistgħu jiffaċċjaw tnaqqis ta’ punti waqt li l-club tpoġġa wkoll taħt embargo tat-trasferimenti mill-EFL.

Leicester ġew riferuti lill-kummissjoni indipendenti mill-Premier League għall-allegat ksur tar-regoli tal-PSR għall-aħħar tliet staġuni tagħhom fl-ogħla livell u talli naqsu milli jissottomettu l-finanzi awditjati. Huma wkoll suġġetti għal inkjestaa finanzjarja separata mill-EFL.

Sport