Saturday, March 8, 2025

“Li tkun mara ifisser li tappoġġja, tħobb u timbotta ‘l quddiem irrispettivament minn kemm tkun iebsa t-triq”

Aqra wkoll

“Dan il-Jum il-Mara qed inħossu kemmxejn differenti għalija. L-aħħar ftit xhur ittestjawni b’modi li qatt ma kont immaġinajt. Li nara lil ibni, Levi, jgħaddi minn kirurġija u jiffaċċja sfidi li l-ebda tifel ma għandu jkollu jgħaddi kienet l-aktar ħaġa diffiċli li qatt esperjenzajt. Imma permezz ta’ kollox, tgħallimt xi tfisser is-saħħa vera, mhux tiegħi biss, imma anke tiegħu”.

Dan kien l-kliem ta’ Meagan Caruana, omm żagħżugħa li qasmet l-istorja taċ-ċkejken tagħha, Levi. Hija spjegat kif ġieli esperjenzat iljieli bla rqad, mumenti ta’ biża’, u ġranet meta ħasset li ma fadal xejn x’tagħti.

Minkejja kollox, irrimarkat li kien hemm ukoll imħabba, reżiljenza, u ġlieda ġewwa fija li qatt ma kont naf li teżisti. Qale ukoll; “Li tkun mara, omm, tfisser li ġġorr il-piż tad-dinja filwaqt li tagħmilha faċli. Ifisser li titksser x ftit jew wisq minn ġewwa u minn barra tidher bi tbissima għax iikollok xi ħadd jiddependi minnek. Ifisser li tappoġġja, tħobb, u timbotta ‘l quddiem—irrispettivament minn kemm tkun iebsa t-triq”.

Wasslet il-messaġġ lil kull mara li qed tiġġieled battalja siekta, fejn saħqet li din għandha tibqa’ għaddejja u tferra’ l-imħabba f’oħrajn anke meta t-tazza tagħha stess tkun vojta.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport