Sunday, December 22, 2024

“Liġi inumana ġġib l-inġustizzja” – l-ADPD

Aqra wkoll

F’kumment fuq iż-żewg ommijiet u għalliema Torok li ġew ikkundannati għal sitt xhur ħabs fuq falsifikazzjoni ta’ dokumenti, iċ-Chairperson ta’ ADPD Carmel Cacopardo qal li l-qorti ma tistax ma tieħux kont tal-fatt li dawn iż-żewġ nisa kienu qed jaħarbu bil-mezzi limitati li kellhom għad-dispozizzjoni tagħhom, minn sitwazzjoni ta’ periklu għalihom u għal familja tagħhom. 

 Cacopardo qal li dawn iż-żewġ għalliema ma jistgħux jitqiesu bħala kriminali komuni imma bħala persuni li qed ifittxu l-protezzjoni minn persekuzzjoni f’pajjiżhom.  

Mario Mallia, Deputat Chairperson ta’ ADPD żied wkoll li l-qorti ma tistax ma tiehux f’kunsiderazzjoni il-fatt li dawn l-ommijiet iridu jieħdu ħsieb żewġt itfal żghar li għandhom bżonn il-preżenza ta’ xi ħadd mill-ġenituri tagħhom biex jindukrhom.  

“Mhuwiex ġust li minħabba l-interpretazzjoni dejqa tal-liġi, żewġt itfal jistgħu jispiċċaw trawmatizzati ‘l bogħod mill-ġenituri tagħhom bl-uniku kuntatt ikun permezz tal-iSkype.  Nappella biex mingħajr dewmien, jinstab mezz sabiex dawn il-ġenituri jinħelsu u jingħaqdu mat-tfal żgħar tagħhom.  Liġi mingħajr wiċċ uman hija liġi ngusta,” temm jghid Mallia.

Ekonomija

Sport