Sunday, December 22, 2024

Lordi u Mike and the Mechanics, fost oħrajn, se jkunu f’Malta għal kunċerti separati

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda l-kalendarju tal-avvenimenti għal Rock’N Malta għal din is-sena. Rock’N Malta huwa fond amministrat minn Festivals Malta bil-għan li jinċentiva lill-artisti u organizzaturi lokali biex jinvestu fil-mużika ta’ ġeneru rock u s-sottoġeneri kollha tagħha.

Il-Ministru Bonnici spjega li wara s-sejħa għall-applikazzjonijiet li saret f’Lulju li għadda, l-aġenzija irċeviet rispons pożittiv ħafna u b’kollox ġew magħżula total ta’ 20-il applikant li ser jibbenifikaw minn dan il-fond.

“Sa mit-tnedija ta’ dan il-festival fl-2017, rnexxielna noffru sapport lil diversi artisti u organizzaturi lokali biex jipproduċu kunċerti tar-rock u s-sottoġeneri kollha ta’ dan il-ġeneru. Dan il-festival mhux biss jagħti appoġġ lill-artisti lokali, iżda jgħin ukoll lill-organizzaturi biex jospitaw diversi artisti ta’ fama internazzjonali fix-xena tal-mużika rock,” temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta Aaron Zahra qal li “Permezz tal-fond Rock’N Malta, Festivals Malta qiegħed jinvesti bis-sħiħ fil-mużika rock bil-għan li jgħin artisti li għadhom fil-bidu tal-karriera u permezz ta’ hekk jistabbilixxu ruħhom f’dan is-settur. Dan il-fond jgħin ukoll lill-aġenzija biex tilħaq udjenzi ġodda permezz ta’ artisti internazzjonali li diġà għandhom diversi segwaċi f’pajjiżna. Inħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jipparteċipa u jattendi għal dawn l-avvenimenti.”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala, tat dettalji dwar il-programm tal-avvenimenti li ser isiru bejn Marzu u Diċembru 2023. Hija sostniet li permezz ta’ dan il-fond l-aġenzija qed toffri appoġġ lill-artisti u l-organizzaturi lokali billi ttaffi l-piż finanzjarju li jġibu magħhom produzzjonijiet bħal dawn.

Il-programm tal-avvenimenti għal Rock’N Malta 2023 huwa dan:

Lordi – Marzu
Dark Malta – April
Music Playground – Bejn April u Settembru
Rock the South 10th Edition | A symphonic rock show – Mejju
Kunċert Rock | Gogol Bordello – Ġunju
John Lees’ Barclay James Harvest – Lulju
Plaguefest – Awwissu
Venti Music Fest | The Creepers – Blues in Malta – Settembru
Rock Wired – Ottubru
A Symphonic Rock Orchestra and Choir – Novembru
The Gozo Youth Orchestra – Novembru u Diċembru
The Travellers Christmas Concert – Diċembru
Mike and the Mechanics | Rock in the Forest | Steven Rothery | Alan Parsons – Id-dati jitħabbru aktar ‘il quddiem.

Ekonomija

Sport