Wednesday, April 24, 2024

Luca jlesti l-kemoterapija wara 3 snin

Aqra wkoll

Għal Luca Piccione, illum kienet ġurnata importanti ħafna f’ħajtu hekk kif wara 3 snin, illum temm l-kemoterapija biex issa jista’ jgħid li fieq mil-Leukemia.

Ommu qalet li binha mhux biss irnexxielu jgħix, iżda issa jista’ jgħix ħajja normali u f’saħħitha.

Ma jistax jonqos il-ferħ li kien hemm illum mill-infermieri u t-tobba li għamlu dak kollu posibbli biex Luca jgħix ħajja normali. Kien għalhekk li kulħadd ingħaqad flimkien u Luca qasam cake fejn sellem lil dawk kollha li għal dawn l-aħħar 3 snin ħadu ħsiebu.

Sport