“Nemmen li biex Malta tikseb futur sostenibbli, irridu nieħdu passi konkreti u kkordinati fuq diversi fronti. Inkomplu ninvestu f’enrġija rinovabbli biex nnaqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili. Għandna niddiversifikaw l-konomija tal-pajjiż billi nħarsu lejn setturi ġodda”
Dan kien il-messaġġ li wasslet id-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg f’isem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, hekk kif dan kien indispost waqt il-konferenza nazzjonali ‘L-Istat tan-Nazzjon’, fil-Palazz tal-Verdala.
Buttigieg qalet li temment li l-infieq fi żmien il-pandemija kien wieħed ġustifikat ħafna. Spjegat li dak kien żmien fejn ħafna nies kellhom bżonn l-għajnuna, għajnuna essenzjali biex pajjiżna jerġa’ jqum fuq saqajh.
Tennet tgħid li issa fil-miżuri korrettivi li se jittieħdu, jrid jiġi żgurat li din l-għajnuna lejn l-aktar min għandu bżonn ma tinqata qatt