Saturday, December 28, 2024

Malta tirreġistra rata ta’ inflazzjoni ta’ 1.4% f’Lulju li għadda

Aqra wkoll

FʼLulju 2024, ir-rata annwali tal-inflazzjoni kif imkejla mill-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut (RPI) kienet taʼ 1.4 fil-mija, żieda mir-rata taʼ 1.3 fil-mija rreġistrata fʼĠunju 2024.

L-akbar kontribuzzjoni pożittiva għar-rata annwali tal-inflazzjoni kienet imkejla fl-Indiċi tal-Ikel (+0.58 punti perċentwali), filwaqt li l-akbar kontribuzzjoni negattiva għar-rata annwali tal-inflazzjoni kienet irrekordjata fl-Indiċi tat-Trasport u l-komunikazzjoni (-0.21 punti perċentwali).

FʼLulju 2024, l-Indiċi tal-Prodotti u servizzi oħra rreġistra l-ogħla rata annwali taʼ inflazzjoni bʼ5.2 fil-mija, li minnha l-Ġojjelli, arloġġi tal-idejn u oġġetti oħra rreġistraw rata annwali taʼ 9.6 fil-mija, il-Prodotti li jintużaw għall-ħasil u t-tisjir irreġistraw rata annwali taʼ 6.9 fil-mija, is-Servizzi veterinarji (inkluż ikel għall-annimali domestiċi) u servizzi domestiċi rreġistraw rata annwali taʼ 1.5 fil-mija, filwaqt li l-Assigurazzjonijiet, servizzi finanzjarji u servizzi oħra rreġistraw rata annwali taʼ 4.7 fil-mija.

Ekonomija

Sport