“Qed niġbor fondi għal Küschall Manual Wheelchair (€5,400) u Alber Emotion DuoDrive (€10,800) biex jgħinuni nimxi aktar faċilment. Filwaqt li s-siġġu tar-roti elettriku tiegħi huwa ta’ għajnuna kbira, mhux dejjem huwa prattiku f’postijiet bi tarġiet jew art mhux maħduma”
Dan kien il-messaġġ li wasslet Yanica Galea, persuna li tagħmel użu minn siġġu tar-rotu. Fuq Facebook, Galea spjegat li s-siġġu tar-roti manwali se jipprovdi aktar flessibilità u li madankollu, l-imbuttar ta’ siġġu tar-roti manwali waħdu huwa diffiċli ħafna għaliha.
Qalet ukoll; “id-DuoDrive huwa essenzjali. Jipprovdi assistenza ta’ enerġija meta meħtieġ. L-ispiża totali hija ta’ €16,200, li waħdi ma niflaħx. Kwalunkwe donazzjoni, kbira jew żgħira, tkun apprezzata ħafna. Jekk ma tistax tagħti donazzjoni, li taqsam dan il-messaġġ ikun ifisser ħafna!”.
Għal kull min irid jagħti donazzjoni, dawn huma d-dettalji:
Revolut: +356 79654512
Bov Mobile: +356 79703549
PayPal: [email protected]
HSBC IBAN: MT52MMEB44749000000074099037050