Raġel ta’ 65 sena residenti Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi ħfief, filwaqt li mara ta’ 61 sena residenti wkoll Ħaż-Żabbar qed issofri minn ġrieħi ravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tal-4:30 p.m, kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq San Tumas f’Ħal Luqa.
Minn stħarriġ illi sar, jirriżulta illi r-raġel kien qed isuq karozza tat-tip Kia Picanto, meta tilef il-kontroll u ħabat ġo arblu.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.