Friday, November 22, 2024

Michael Piccinino se jirriżenja minn Segretarju Ġenerali tal-PN biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali

Aqra wkoll

Michael Piccinino se jkun qiegħed jirriżenja minn Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Piccinino ħabbar dan f’kitba fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook fejn qal li matul ix-xahar li ġej se jibda l-proċess sabiex jiġu approvati l-ewwel kandidati għall-elezzjoni ġenerali li ġejja f’isem il-Partit Nazzjonalista. Huwa stqarr li wasal iż-żmien sabiex jikkonċentra fuq il-pass li jmiss u jissottometti ismu biex ikun kandidat.

Qal li għalhekk fil-ġimgħat li ġejjin se jibda l-proċess sabiex jiġi elett Segretarju Ġenerali ġdid u sal-mument li dan iseħħ se jkompli bil-ħidma tiegħu u tal-Partit. 

Filwaqt li rrikonoxxa li din ma kinitx deċiżjoni faċli għalih, Piccinino stqarr li: “nemmen li issa huwa l-mument biex min jilħaq Segretarju Ġenerali minfloki jkollu biżżejjed żmien biex isib saqajh u jkollu biżżejjed ċans sal-elezzjoni ġenerali li jmiss biex nassiguraw li l-Partit Nazzjonalista jkun il-Gvern alternattiv li tant għandu bżonn pajjiżna.”

Sport