Min-nhar it-Tnejn li ġej sat-30 ta’ Settembru li ġej mhux se jkun permess aktar aktar xogħlijiet ta’ twaqqigħ u skavat f’żoni turistiċi kemm f’Malta u anke f’Għawdex. Din il-prattika se terġa’ tiġi implimentata għal din is-sena wkoll.
Il-miżura qed tiġi implimentata mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA, flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, għandha l-għan li tnaqqas l-inkonvenjent ikkawżat lir-residenti, turisti u operaturi turistiċi minn siti fejn għaddejjin xogħlijiet tal-kostruzzjoni.
Kull sur tar-regolamenti jista’ jiġi rrapportat lill-BCA fuq il-freephone 138 matul il-ħinijiet kollha tal-ġurnata.



