Ir-rebbieħa tal-61 edizzjoni ta’ Miss Malta hi Miss Kalkara filwaqt li fit-tieni post bit-titlu ta’ Miss Republic of Malta giet Miss Dingli.

Fit-tielet post bit-titlu ta’ Miss Tourism of Malta ntrebaħ minn Miss Żurrieq. Fir-raba’ post bit-titlu ta’ Miss Grand Malta ġiet Miss Madliena filwaqt li fil-ħames post bit-titlu ta’ Top model ġiet Miss Xemxija.

Miss Nadur rebħet it-titlu ta’ Miss Gozo, iżda ma rnexxilix tasal mal-finalist biex tidħol fiċ-ċans li tirbaħ Miss Malta.
Intant, Miss Personality intrebħet minn Miss Kalkara, filwaqt li r-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ Miss Malta Teen hi Miss Vittoriosa.