Sunday, December 22, 2024

“Ninsab ċerta li lil ħuk se tħobbu u se tkun kburija bih”

... Graziella Bartolo Pizzuto b’messaġġ dwar Faith

Aqra wkoll

“Li naf fiċ-ċert hu li qalbek għandha wisq imħabba x’toffri u għal daqstant inħossni ċerta li lil ħuk se tkun tħobbu wisq, se tindukrah, se tiffittah u se tkun kburija bih!  L-iktar mistoqsija li taqbitli moħħi tul dawn l-aħħar xhur kienet “imma jien kif nista’ nħobb tarbija oħra kif inħobb lilek?!”

Dan kien il-messaġġ li waslet Graziella Bartolo Pizzuto dwar liċ-ċkejkna tagħha Faith, li flimkien bħala familja, qegħdin jippreparaw minħabba li ftit tax-xhur oħra, il-familja ta’ Faith se jilqgħu membru ġdid fil-familja.

L-omm spjegat li hija involviet lil Faith f’kollox, fosthom li Faith marre diversi visti ma’ ommha sabiex tisma’ l-qalb ċkejkna tat-tarbija. Spejgat ukoll li Faith kemm il-darba marret mal-familja tixtri l-ħwejjeġ  u li bħalissa għaddejjin bi preparazzjoni mentalment. Dan hekk kif il-ġenituri qed jaħsbu kif se jqassmu x-xogħol, sabiex ikunu jistgħu jrabbu liż-żewġ anġli u sabiex lil Faith ma jħalluha niqsa minn xejn. 

Fl-istess messaġġ, Graziella qalet; “Inti kuljum tgħallimni kemm qalbna tikber daqs kemm intuha lok, inħobbu lil ħaddieħor daqs kemm inħallu lilna nfusna, u meta imħabbtek tkun bla limitu (bħal tiegħek), il-qalb jirnexxilha tara l-bogħod minn kull kundizzjoni u kull ostaklu!”

Temmet tgħid li kuljum qed titlob sabiex tasal il-ġurnata li Faith u t-tarbija jiltaqgħu għal l-ewwel darba. 

Ekonomija

Sport