Friday, January 17, 2025

“Nirrispondi bl-email uffiċjali li ktibt lil Dr Martin Balzan jumejn ilu, fejn offrejtlu minn kollox biex ma jħallix lill-marid ikompli jbati”

- Il-Minsitru tas-Saħħa Jo Etienne Abela

Aqra wkoll

“Għall-qerq irrapurtat lin-NET News, nirrispondi bl-email uffiċjali li ktibt lil Dr Martin Balzan jumejn ilu, fejn offrejtlu minn kollox biex ma jħallix lill-marid ikompli jbati. Waqt laqgħa oħra llum, kien ovvju li Dr Balzan naqas milli jitkellem ma’ sħabu dwar dawn il-proposti, tant li qabad u telaq il’ barra kemm il-darba”.

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn irrimarka li bosta milll-proposti ilhom jiġu diskussi.

Enfasizza li r-risposta finali tiegħu llum kienet, li lest jipparalizza pajjiż billi jagħlaq il-polyclinics. Quddiem dan it-tip ta’ theddid u agħar, faċli li wieħed jitlef il-paċenzja.

Temm jgħid; “Pero’ diversi persuni preżenti huma xhieda li dan ma ġarax. Anzi, stedinna l-MAM għall-laqgħa oħra nhar it-Tnejn li ġej”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport