“Il-ħolma tiegħi hija waħda sempliċi… dik li nara lil ibni Levi jimxi, jitkellem u jgħix b’mod indipendenti”. Dan kien l-kliem ta’ Meagen Caruana, omm żagħżugħa li qasmet l-istorja taċ-ċkejken tagħha, Levi.
Hi spjegat li t-tifel tagħha twieled qabel iż-żmien u riżultat ta’ hekk sofra minn puplesija li wasslet biex kellu diversi problemi fil-mixi u fit-taħdit.
Meagen irrimarkat li f’Diċembru li ġej, Levi se jkun qiegħed jagħmel operazzjoni, li tissejjaħ Selective Dorsal Rhizotomy (SDR) sabiex iċ-ċkejken ikun jista’ itejjeb il-mobilità tiegħu. Enfasizzat li binha jkollu ħafna sezzjonijiet ta’ terapiji li jirrikjedu flus naqa mhux ħażin.

L-omm temmet l-messaġġ tagħha billi wasslet appell sabiex il-pubbliku jgħinha b’donazzjoni żgħira sabiex tkun tista’ tkompli l-vjaġġ ta’ tama u ferħ maċ-ċkejken Levi.
Għal kull min jixtieq jagħti donazzjoni, jista’ jagħmel dan billi jibgħat fuq in-numru: 99270790