Friday, April 24, 2026

Omm u bint l-isptar wara li nqalbu quad bike f’Marsalforn

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-4.15pm meta fi triq li mix-Xagħra tagħti għal Marsalforn seħħ inċident bi quad bike.

Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li fuq il-quad bike kien hemm omm u bint li għal xi raġuni tilfu l-kontroll u nqalbu.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li ħadu liż-żewġ persuni l-isptar.

Filwaqt li l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa, il-pulizija jinsabu fuq il-post jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport