Sunday, December 22, 2024

Patri Dijonisju Mintoff illum jagħlaq 93 sena

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Illum, Patri Dijonisju Mintoff, il-fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi jagħlaq 93 sena.  Patri Dijonisju hu magħruf għall-ħidma tiegħu ma’ taqta xejn fost il-vulnerabbli u dawk l-aktar fqar f’pajjiżna.  Kien wieħed minn dawk li mingħajr daqq ta’ trombi, mingħajr xinxilliu mingħajr storbu, qabad u ta’ diversi żoni fil-Laboratorju tal-Paċi lil immigranti biex ikunu jistgħu jgħixu ħajithom.

Waħda mill-akbar okkażjonijiet għal Patri Dijonisju kienet meta f’pajjiżna ġie l-Papa Franġisku propju bħal dan iż-żmien sentejn u hu żar il-Laboratorju tal-Paċi. Fi kliem Fr Dijonisju stess il-Papa ħareġ jibki minn hemm. 

Iż-żjara ta’ Papa Franġisku fil-Laboratorju tal-Paċi m’hemm ebda dubju li kienet l-akbar avveniment għall-Papa Franġisku. L-aktar avveniment li hu stess kien qed jistennieh. Tant li dam ħafna aktar minn kemm kien previst li jagħmel f’dan il-post. Dan ma seħħx b’kumbinazzjoni. Seħħ għax f’dan il-post il-Papa ra kif l-immigranti qed jingħataw id-dinjità.

F’dan il-post l-indifferenza ma’ teżistix.  Dan hu post sempliċi għall-aħħar, ma jeżistux xinxilli, imma fih hemm il-paċi. Hemm is-sustanza.    Tgħib kull tip ta’ differenza. Fuq kollox dan hu l-post li fih tara li biex verament wieħed jagħmel il-ġustizzja soċjali irid jgħix ma’ min ibati”.

Fid-diskors tiegħu l-Papa Franġisku irringrazzja lil Patri Dijonisju Mintoff, il-fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi.  Fid-diskors tiegħu l-Papa Franġisku jiddikjara ukoll li “għandna ngħidu “grazzi” kbira lil min aċċetta din l-isfida hawn f’Malta u ta l-ħajja lil dan iċ-Ċentru. 

Ekonomija

Sport