Saturday, December 21, 2024

Qala Saints jirbħu l-BOV GFA Cup

Aqra wkoll

Nadur Youngsters huma r-rebbieħa tal-BOV GFA Cup għall-istaġun 2023/2024. Is-Saints għelbu liċ-Champions tal-Kampjonat BOV GFA Nadur Youngsters bl-iskor ta’ 4-1 fil-finali ta’ biex rebħu t-tazza tant mixtieqa.

Qala fetħu l-iskor fit-32 minuta u rduppjaw fil-55 permezz ta’ Mercieca. Nadur naqqsu d-distakk fil-61 minuta permezz ta’ Matthias Said iżda Qala għamlu l-iskor 3-1 fis-77 minuta permezz ta’ Igor Nedeljković u reġgħu skurjaw permezz ta’ Chris Mercieca fil-91 minuta biex issiġillaw ir-rebħa.

Dan huwa t-tieni unur ewlieni għal Qala Saints wara r-rebħa tagħhom fit-tazza BOV GFA matul l-istaġun 2007/2008.

Wara l-logħba, Charmaine Borg, Manager tal-Fergħa ta’ Għawdex tal-Bank of Valletta u Samuel Azzopardi, President tal-Gozo Football Association ippreżentaw il-BOV GFA Cup lill-Qala quddiem folla mdaqqsa li attendiet għal-logħba fil-Gozo Stadium.

Il-Bank of Valletta huwa sostenitur fit-tul tal-GFA u huwa jagħti mportanza qawwija lill-inizjattivi sportivi f’Malta u Għawdex għall-benefiċċju tas-saħħa fiżika u mentali tal-komunità.

Ekonomija

Sport