Raġel ta’ 40 sena u residenti Ħaż-Żabbar jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:00 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda CBR, tilef ilkontroll u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D li fetaħ inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.