Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-6:15 a.m. weġġa’ wara li aċċidentalment waqa’ madwar żewġ sulari minn fuq il-bejt tar-residenza tiegħu għal ġo bitħa ta’ residenza oħra. Il-każ seħħ fi Triq San Ġorġ, Ħal Luqa.
Ir-raġel, li għandu 23 sena u huwa residenti Ħal Luqa, ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed sofri ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Kevan Azzopardi ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.