Saturday, December 21, 2024

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku Birkirkara

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm, Birkirkara.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vann Daihatsu Hijet misjuq minn raġel ta’ 67 sena residenti Birkirkara u vann Toyota Double Cabin misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti n-Naxxar. Fid-Daihatsu kien ukoll mara ta’ 67 sena residenti San Ġwann.

Il-persuni involuti ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u x-xufier tad-Daihatsu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport