Thursday, November 28, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara waqgħa f’dar privata f’Kerċem

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-5.30am, il-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li ftit ħin qabel iddaħħlet persuna għal kura wara inċident f’residenza fi Pjazza San Girgor, Kerċem, Għawdex.

Minn investigazzjoni preliminari li saru rriżulta li Pollakk ta’ 23 sena, waqa’ minn għoli f’xaft fir-residenza. Wara li ngħata l-assistenza medika fuq il-post, huwa ttieħed l-isptar għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport