Sunday, December 22, 2024

Rapport tal-Bank Ċentrali jgħid li s-sistema finanzjarja hi b’saħħitha u reżiljenti

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza li fiha ġie ppreżentat ir-rapport dwar listabilità finanzjarja ta’ pajjiżna, il-Professur Edward Scicluna qal li “b’kunfidenza nista’ ngħid li s-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna hi waħda b’saħħitha ir-reżiljenza tagħha waqt sfidi internazzjonali mingħajr preċedent, bil-pandemija globali u l-Gwerra fl-Ukrajna.”

Il-Prof. Scicluna sostna li jista’ jgħid b’ċerta kunfidenza li s-sistema bankarja u anke finanzjarja f’pajjiżna kienet reżiljenti għax-xokkijiet li rajna fl-aħħar snin mhux biss waqt il-pandemija, iżda wkoll waqt il-gwerra u t-thezziza finanzjarja fl-Iżvizzera u fl-Amerka, riżultat taċ-ċaqliq tal-imgħaxijiet.

Qal li f’dan il-perjodu ta’ sfidi, l-imfalzzjoni għolliet rasha, iżda l-għajnuna tal-Gvern biex iżomm il-prezzijiet talenerġija u l-fuel stabbli, għenet biex l-inflazzjoni f’pajjiżna hi ferm inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea.

Fir-rapport li ġie ppubblikat ħareġ li l-livell kapitali jinsab b’saħħtu aktar mill-medja tal-Unjoni Ewropea minħabba li l-irkupru kien wieħed b’saħħtu. Dan filwaqt li anke l-likwidità tal-banek baqgħet b’saħħitha, b’dan jgħin biex jilqa’ għax-xokkijiet.

Tkellem ukoll il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana fejn sostna li bħalissa l-Unjoni Ewropea qed tkun aktar eċiżiva minħabba l-kuntest internazzjonali.

Semma kemm hu importanti li jibqa’ jkun hemm tkabbir ekonomiku anke waqt żminijie ta’ sfidi. Qal li l-pajjiż jinsab b’saħħtu u li mhux se jkun hemm bżonn li jiżdiedu t-taxxi.

Ekonomija

Sport