Friday, December 13, 2024

Se jitfakkru persuni li jkunu għamlu isem fil-qasam mediku

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Parlament ifakkar il-memorja tal-Professur Albert Fenech

Il-Parlament fakkar il-memorja tal-Professur Albert Fenech, wieħed mill-aqwa kardjologi ta’ Malta u eks Membru Parlamentari Nazzjonalista. Huwa miet fl-età ta’ 70 sena.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li lill-Prof. Fenech jafu bħala bniedem ġenwin ħafna. “Huwa ma kienx biss kapaċi jagħmel interventi u introduċa ħafna interventi u beda set-up f’pajjiżna fejn tidħol il-kardjoloġija imma kien kien kapaċi jgħallem lit-tobba ż-żgħar biex warajh illum għandna wieħed mill-aqwa Dipartimenti tal-Kardjoloġija fid-dinja.”

Fearne nnota wkoll kif fil-perjodu qasir li l-Prof. Albert Fenech għamel fil-Parlament, huwa kien jagħmel diskorsi qosra u kien jgħid ħafna affarijiet ta’ sustanza. “Albert għallimna li dak li għandek tgħid, għidu b’mod li jagħmel sens, mur dritt għall-punt, u li m’għandekx għalfejn toqgħod tilgħab għall-gallarija,” qal id-Deputat Prim Ministru. 

“F’dawn l-aħħar ġimgħat tlifna żewġ pilastri kbar fil-qasam mediku – lil Prof. Albert Fenech u lil Dr Victor Calvagna

Huwa kompla jgħid li f’dawn l-aħħar ġimgħat tlifna żewġ pilastri kbar fil-qasam mediku – lil Albert Fenech u lil Dr Victor Calvagna. Hawn semma kif proġett li se jkun qed jitwettaq hu dak li persuni li jkunu ħallew impatt fuq il-qasam mediku fil-ħafna istituzzjonijiet u fil-ħafna ċentri tas-saħħa tagħna jibdew jiġu kkommemorati.

“Fiċ-ċentru komunitarju tas-saħħa ta’ Ħaż-Żabbar se nfakkru lill-mibki Prof. Anglu Psaila. Fid-Dipartiment tal-Ortopedija se nfakkru lil Charles Grixti. Fid-Dipartiment tat-Tfal se nfakkru lil Dr Victor Calvagna. Fid-Dipartiment tal-Kardjoloġija kif inhu xieraq se jkun hemm tifkira tal-Prof. Albert Fenech.”

Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li fl-aħħar jiem il-midja soċjali kienet mimlija messaġġi u riflessjonijiet ta’ xokk. “Xokk doppju. L-ewwel il-mewt għall-għarrieda tal-Prof. Fenech imbagħad l-inċident traġiku u fatali ta’ Dr Calvagna.”

“Tlifna żewġt iqlub li għal snin twal kienu dedikati għall-istudju, riċerka u prattika,” qal Dr Grech. Huwa nnota wkoll kif il-Prof. Fenech kien strumentali fil-qasam tas-saħħa f’pajjiżna. “Albert kellu kuxjenza soċjali ġenwina u qawwija. Kellu mudell tal-iprem kwalità f’missieru t-tabib tal-familja Bertu Fenech.”

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżenanti Anġlu Farrugia ddeskriva lill-Prof. Fenech bħala persuna simpatika ħafna, dejjem bi tbissima u altruwist.

Ekonomija

Sport