Illum l-AI qed tgħinna f’kollox, mill-organizzazzjoni tal-ġurnata u l-istudju, sa biex inkunu aktar effiċjenti fuq il-post tax-xogħol. Propju għalhekk, il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi għadu kif nieda proġett nazzjonali ġdid bl-isem ta’ ‘AI Għal Kulħadd’. Din l-inizjattiva, li għandha s-sostenn tal-MDIA u l-Università ta’ Malta.
Kif tista’ tibbenefika minn sena b’xejn?
Il-proċess huwa sempliċi ħafna. Kulma trid tagħmel huwa li ssegwi kors qasir onlajn ta’ madwar sagħtejn, li huwa miftuħ għal kull min għandu minn 14-il sena ’l fuq. Il-kors huwa bla ħlas, isir bil-pass tiegħek, u huwa disponibbli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Malli tlesti dan il-kors, l-iskema tagħtik aċċess biex tagħżel sena abbonament b’xejn għal waħda minn dawn iż-żewġ platforms ewlenin:
- ChatGPT Plus (OpenAI)
- Microsoft 365 Personal b’Copilot
Titlifx din l-opportunità, żur is-sit ai4all.gov.mt u rreġistra permezz tal-e-ID tiegħek.

