Saturday, December 28, 2024

Serie A: Inter u Milan fid-Derby della Madonnina

Aqra wkoll

Meta tintlagħab il-ħa­mes ġurnata tas-Serie A, bla dubju, l-aktar konfront attraenti huwa d-Derby della Madonnina bejn ir-rivali eterni Inter u Milan.

Fil-veritá, dan il-konfront ġie kemmxejn kmieni fl-istaġun minħabba li t-timijiet għadhom qed jissetiljaw.

Inter ġejjin minn żewġ rebħiet u żewġ draws fl-ewwel erba’ logħbiet tagħhom. Waħda mill-problemi li qed jiffaċċja l-coach, Simone Inzaghi, hija n-nixfa ta’ goals tal-attakkant ewlieni Lautaro Martinez. 

Iżda għan-nuqqas tiegħu qed ipatti l-attakkant l-ieħor Marcus Thuram li skorja erba’ goals staġjonali s’issa.

Min-naħa tagħhom Milan, kellhom bidu diżappuntanti, tant, li qed tikber il-pressjoni fuq il-coach, Paolo Fonseca. 

Barra minn hekk huma sofrew telfa ta’ 3-1, f’darhom, kontra Liverpool lie­ma partita kienet valida mill-fażi tal-kampjonat tal- UEFA Champions League.

Min-naħa l-oħra, Inter kienu kapaċi jżommu fi draw ta’ mingħajr goals lil Manchester City. 

Milan għandhom barra lil Mike Maignan, Ismael Bennacer, Alessandro Flo­renzi, Malick Thiaw u Marco Sportiello filwaqt li Inter ma jistgħux jinkludu lil Marco Arnautovic, Federico Di Marco u Tajon Buchanan minħabba li kollha jinsabu mweġġgħin. 

Juventus v Napoli – Dan huwa konfront ieħor kolossali hekk kif Juventus jospitaw lil Napoli. 

Il-Bianconeri ġejjin minn rebħa tajba ta’ 3-1 fuq PSV Eindhoven fl-istess kompetizzjoni Ewropea biex ikkanċellaw id-draw diżappuntanti ta’ 0-0 għand Em­­poli.

Għaldaqstant, il-Bianco­neri jridu jkun fl-aqwa forma possibbli hekk kif se jaffrontaw team li wara bidu diżastruż b’telfa ta’ 3-0 kontra Verona,  irritalja tant  tajjeb li kiseb tliet rebħiet infila li poġġewhom fit-tieni post tal-klassifika b’disa’ punti. Għaldaqstant din hi­ja partita miftuħa għal kull riżultat.

Juventus se jkunu mingħajr l-imweġġħin Francisco Conceicao u Arkadiusz Mi­lik. 

Ekonomija

Sport