Sewwieq ta’ mutur li għandu 34 sena residenti l-Mosta qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li dalgħodu għall-ħabta tal-10.15 a.m., kien involutt f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Fortizza tal-Mosta fin-Naxxar
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Vauxhall misjuqa minn mara ta’ 45 sena residenti n-Naxxar u mutur Daelim misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.