Sunday, December 22, 2024

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt u ieħor isofri ġrieħi ħfief wara inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena residenti l-Imqabba jinsab fil-periklu tal-mewt, filwaqt li sewwieq ta’ mutur li għandu 31 sena residenti Ħal Qormi, qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li t-tnejn li huma kienu involuti fl-istess inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:30 a.m, fi Triq is-Salini fin-Naxxar.

Minn stħarriġ preliminari li għamlet il-Pulizija rriżulta li l-inċident seħħ bejn tliet muturi – Aprilia misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħal Qormi, Honda misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Imqabba u Yamaha misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar – kif ukoll kien hemm involuta Mercedes misjuqa minn mara ta’ 27 sena.

L-irġiel ta’ 31 sena u 40 sena ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport